Illejla, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech iwassal ir-replika tiegħu għall-Budget preżentat mill-Gvern.
Dan id-diskors huwa tradizjonalment marbut mat-tweġiba li jagħti Kap tal-Oppożizzjoni għall-miżuri imħabbra mill-Ministru tal-Finanzi fil-Budget. Għalkemm ir-replika ta’ din is-sena jidher li se tkun qed twassal il-viżjoni li qed jippreżenta l-Partit Nazzjonalista għal kwalità ta’ ħajja aħjar – tema li ġiet indirizzata f’diversi messaġġi li wassal Bernard Grech fl-aħħar ġimgħat u xhur.
Id-diskors ta’ Bernard Grech fil-Parlament se jitwassal dirett illejla fuq Net TV u Net FM.
Qabel, jixxandar programm specjali li jibda ghall-habta tas-5:45pm. Biex imbgħad fis-6:30pm tibda r-replika tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Eżatt wara dan id-diskors, jiġifieri għall-ħabta tat-8:30pm, jitwassal bulettin sħiħ tal-aħbarijiet. U wara jkomplu x-xandiriet specjali bis-sehem ta’ diversi mistiedna fl-istudios u l-analizi tad-diskors li jkun ghadu kif wassal Bernard Grech.
//= $special ?>