Lokali

Iweġġa’ gravi wara ħabta bejn karozza u mutur

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident fil-Ħamrun.

L-ewwel inċident seħħ il-Ħadd għas-1:00pm ta’ waranofsinhar, fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun. Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Honda, misjuq minn ġuvni ta’ 19-il sena residenti l-Ħamrun, u Toyota Belta, misjuqa minn Libjan ta’ 21 sena residenti San Ġwann.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti s-sewwieq hekk kif issejħet ambulanza u ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.