Internazzjonali

Lula jirritorna fit-tmexxija tal-Brażil

Sal-2018 kien għadu miżmum arrestat fil-ħabs. Iżda kien determinat li jirritorna b’saħħa. U hekk għamel.

Issa, Lula de Silva reġa’ ħa f’idejh it-tmexxija tal-Brażil wara elezzjoni missielta sal-aħħar. Hu rnexxielu jikseb 50.9% tal-voti fl-elezzjoni tal-Ħadd – biżejjed biex jegħleb l-isfida tal-President Bolsonaro.

“Provaw jidfnuni ħaj, imma erġajt hawn”, stqarr Lula fid-diskors tar-rebħa wara li ħareġ ir-riżultat tal-elezzjoni.