Raġel, irrapurtat minn martu li m’għadux jgħix magħha talli allegatament giref lil binhom ta’ sitt snin waqt żjara ta’ rutina ta’ aċċess ta’ sagħtejn, ġie lliberat mill-Qorti tal-Maġistrati. Dak ir-rapport f’Awwissu 2019, kien wieħed minn bosta ppreżentati mill-mara minn mindu l-koppja bdiet proċeduri ta’ separazzjoni personali fl-2015.
Iżda filwaqt li, kif sussegwentement ammettiet il-mara stess, l-ilmenti preċedenti kienu dejjem ma ġewx segwiti b’azzjoni, dak ir-rapport kien segwit, u rriżulta li l-missier ta’ 36 sena spiċċa mixli li weġġa’ ħafif lill-minuri. Ir-rapport ġie ppreżentat wara żjara ta’ rutina fid-dar tan-nanna paterna tat-tifel.
Iktar tard l-akkużat spjega li peress li kien jaf sew bl-allegazzjonijiet ta’ martu, kien jew jieħu lil ibnu għand in-nanna jew fi ground tal-logħob, fid-dawl tas-CCTV cameras. Iż-żjara damet bejn il-5pm u s-7pm. nofs il-ħin ittieħed kawża mal-ivvjaġġar minġabba t-traffiku.
Iżda waqt li kienet ta banju lit-tifel aktar tard dik il-lejla, l-omm innotat xi grif fuq iż-żona pelvika, il-koxxa u l-warrani tiegħu. It-tifel qalilha li kien missieru li allegatament kien niżżillu il-qalziet waqt li kien qed jilgħab fil-kamra tas-sodda, girfu, u reġa’ tellalu l-qalziet f’postu u mbagħad ħareġ.
Qabel ma spiċċat taħsel ligt-tifel, ommu ħadet ritratti tal-ġrieħi, u qaltlu li dawk kellhom “jintwerew fil-qorti”, qal it-tifel aktar tard meta xehed. Meta xehdet, l-omm qalet li l-ewwel kienet iddubitat mill-ispjegazzjoni ta’ binha, u staqsiet jekk setax inhiref minn xi annimal domestiku.
Iżda t-tifel insista li kollox minnu, il-missier. Ir-ritratti ttieħdu fid-8.49pm. Fl-9.54pm il-ġrieħi ġew iċċertifikati minn tabib fiċ-ċentru tas-saħħa lokali u ġie ppreżentat rapport lill-pulizija. Uffiċjal tal-pulizija tad-distrett u uffiċjal mara mill-Vice Squad tkellmu mat-tifel fil-preżenza ta’ żewġ social workers.
Dakinhar, it-tifel deher aktar moħħu biex jilgħab milli fil-fatt jitkellem dwar l-inċident. Mistoqsi dwar grif fuq wiċċu, it-tifel qal li din saret minn ħuh. Iżda l-grif l-ieħor saru minn missieru. Mistoqsi jekk setgħetx kienet aċċidentali, it-tifel insista, “le, dejjem kien hu li għamelhom,” u huwa rrepeta dan meta xehed fil-proċeduri kriminali. Qal ukoll li missieru darba allegatament tah daqqa ta’ ras u darba oħra gidmu, allegatament ħariġlu d-demm”.
Mistoqsi jekk lagħabx mal-annimali domestiċi fid-dar tan-nanna tiegħu, it-tifel qal li ma’ wieħed biss mill-qtates kien jilgħab. Għalkemm missieru kien akkwista tiġieġ, fniek u papri “jaħseb li it-tifel se jmur fid-dar tiegħu biex jieħu pjaċir, qatt ma għgħmel tali ħaġa”, qal it-tifel.
“Jien dejjem nistinka biex immur ngħix mal-mummy għal dejjem,” iddikjara b’mod sod it-tifel. Huwa ammetta wkoll li qabel mar jixhed, kien mar jiċċekkja fuq il-partijiet li kellu jixhed dwarhom biex jara li ma ħalla xejn barra u dan waqt li kien fi triqtu lejn il-Belt Valletta għas-seduta, hu u ommu kienu qalu talba lil qarib mejjet “biex jgħin lit-tifel u dan biex jiftakar kollox”.
Missieru, mill-banda l-oħra, ċaħad kategorikament l-allegazzjonijiet, u saħaq li dakinhar ma kien neħħa l-ħwejjeġ ta’ ibnu bl-ebda mod u ma ra l-ebda grif fuqu. L-inkwiet ma’ martu kien beda f’nofs it-tqala, u mill-firda tagħhom kien imdorri bir-rapporti tagħha, u ddeskrivihom bħala manuvri biex jiċħduh l-aċċess għat-tifel.
Hija kienet ressqet xi seba’ applikazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Familja, li kollha ġew miċħuda. Dakinhar tal-allegat inċident, ibnu kien imħawwad għax ma kienx ħerqan li jmur lura għand ommu, qal l-akkużat. Meta tat is-sentenza, il-qorti, ippreseduta mill-maġistrat Doreen Clarke, osservat li r-rapporti preċedenti kollha ma kellhom ebda rilevanza fil-każ li kien jikkonċerna biss inċident partikolari wieħed.
żIl-Qorti osservat li l-omm ma kinitx talbet lil binha dettalji dwar iċ-ċirkostanzi li fihom kienu kkaġunati dawk il-grif. Barra minn hekk, għalkemm ir-ritratti ttieħdu qabel ma t-tifel kienet eżaminata medikament, it-tabiba sussegwentement xehdet li ma tiftakarx li rat tant grif, minkejja li eżaminat u rreġistrat kull grif. Konflitt bħal dan ma setax jiġi solvut faċilment iżda ma kien hemm l-ebda raġuni biex tiddubita x-xhieda tat-tabib, qalet il-qorti.
L-uniċi żewġ persuni li setgħu jitfgħu dawl fuq l-allegazzjonijiet kienu l-allegat vittma u l-imputat, li ċaħdu kategorikament kull aġir ħażin. Sfortunatament, l-aktar xhud importanti, it-tifel, ma setax jitqies affidabbli. Kif ikun mistenni minn tifel daqshekk żgħir jixhed dwar inċident li kien seħħ sentejn qabel, il-verżjoni tiegħu kienet ikkaratterizzata minn ħafna inkonsistenzi u kontradizzjonijiet.
Madankollu, fattur aktar inkwetanti deher li kien il-fatt li t-tifel seta’ ġie influwenzat minn terzi. Meta tkellem, hu uża espressjonijiet kbar u ammetta wkoll li kien “studja” ix-xhieda tiegħu l-lejl taʼ qabel. It-tifel kontinwament irrefera għal missieru bħala “lilu”, in-nanna paterna bħala “ommu” u n-nanna materna tiegħu bħala “nanna vera”.
Il-Qorti osservat ukoll li t-tabib tal-familja ma kienx eżamina l-ġrieħi tat-tifel dakinhar iżda ntqal dwarhom biss waqt żjara ta’ wara. Dak it-tabib, li kien jieħu ħsieb il-minuri sa mit-twelid, spjega li t-tifel kien “fiġjuż ħafna”, kellu defiċit ta’ attenzjoni, kien iperattiv u kellu sintomi oħra assoċjati mal-ansjetà. Iżda t-tabib fl-ebda ħin ma attribwixxa dik l-ansjetà għal xi għemil ħażin minn missier it-tifel, u minflok poġġieha għas-sitwazzjoni tal-familja li ġejja minn inkwiet bejn il-ġenituri.
Fid-dawl tal-provi kollha, il-qorti ma setgħetx issib lill-missier ħati tal-allegat reat. L-avukati Franco Debono u Marion Camilleri kienu avukati difensuri.
//= $special ?>