Żewġ Ministri tal-Gvern, u sitt membri Parlamentari ma preżentawx id-dħul tagħhom għas-sena 2021. Dan filwaqt li l-Prim Ministru ddikjara €65,000 f’salarju u €374,000 bħala tfaddil.
Fid-dikjarazzjonijiet tal-assi, kien hemm dettalji oħra ma inghatawx, bil-PM għadu qed jaħbi d-dikjarrazjonijiet tat-taxxa.
Il-Ħadd, l-editorjal tal-MaltaToday ta ħarsa lejn in-nuqqas ta’ trasparenza fid-dikjarazzjonijiet tal-assi li preżentaw għadd ta’ membri tal-Gvern – ħafna minnhom b’dettalji neqsin.
Issemma, per eżempju, kif Andy Ellul qal li għandu cabin cruiser b’sehem ma’ xi persuna oħra. Dan filwaqt li Abela, lanqas iddikjara li għandu wkoll dgħajsa; xi ħaġa li llum kulħadd jaf li għandu.
Il-gazzetta MaltaToday qalet li għalkemm saru r-riformi, il-Kummissarju tal-iStandards, ma tantx għandu saħħa li jimponi miżuri biex il-Membri tal-Parlament ikunu vera trasparenti. Dan apparti l-fatt li għandek l-aġir tal-Prim Ministru Robert Abela…illi ma tantx qed jgħin biex jagħti eżempju lil sħabu biex dawn jiddikjaraw tassew id-dħul tagħhom
Il-gazzetta qalet li fl-aħħar disa’ snin kważi ma saret l-ebda bidla li kienet mwegħda f’dan l-aspett – anzi, is-sitwazzjoni gravat. L-editorjal għalaq billi qal li hemm bosta loopholes fis-sistema, u li dawn jeħtieġ li jiġu indirizzati u rranġati. L-interess huwa fuq kollox tal-Gvern li jagħmel dan; sakemm il-Gvern Laburista ma jridx li din l-attitudni tissokta, u jkompli jaħbi mill-poplu.
//= $special ?>