Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Paul Pogba se jitlef it-tazza tad-dinja

(Ritratt: EPA)

Il-midfielder ta’ Juventus Paul Pogba se jitlef it-Tazza tad-Dinja fil-Qatar hekk kif għandu bżonn aktar ħin biex jirkupra minn operazzjoni li għamel f’irkopptu f’Lulju li għadda.

Pogba, li għandu 29 sena ma lagħabx għal Juvnetus dan l-istaġun minn meta reġa’ ngħaqad magħhom minn ma’ Manchester United fis-sajf.

Fi stqarrija t-Tnejn, l-aġent ta’ Pogba Rafaela Pimenta qal li wara bosta testijiet mediċi sfortunatament kien qed iħabbar li Pogba se jkollu bżonn ta’ aktar żmien wieqaf biex jirkupra mill-injury u għalhekk mhux se jkun qed jivjaġġa mat-tim Franċiż fil-Qatar.

B’hekk l-uġieh ta ‘ras ta’ Didier Deschamps tkompli tikber f’nofs il-ground hekk kif ftit tal-ġimgħat ilu kien ikkonfermat li l-midfielder ta’ Chelsea N’Golo Kante wkoll se jkun qed jitlef it-Tazza tad-Dinja minħabba injury u operazzjoni fil-hamstring.

L-ewwel partita ta’ Franza fit-Tazza tad-Dinja hija kontra l-Awstralja fit-22 ta’ Novembru biż-żewġ timijiet l-oħra fi Grupp D huma d-Danimarka u t-Tuneżija.