Agħfas hawn biex issegwi d-diskors.
“Aħna favur li ħadd ma’ jibqa’ lura – għalina dan mhux slogan imma twemmin fundamentali.”
Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech it-Tnejn filgħaxija fil-Parlament fir-Replika għall-Budget.
“Aħna favur li ħadd ma’ jibqa’ lura. Ghalina dan mhux slogan imma twemmin fundamentali – Dan huwa ħsieb politiku zviluppat mill-Partit Nazzjonalista li dejjem kompla jtejjeb il-kundizzjonijiet ta’ kulħadd inkluż ta’ min huwa dghajjef, taz-zghir, ta’ dawk li is-socjeta’ ghandha bzonn tghin.”
Bernard Grech sostna li ma nistgħux bħala pajjiż nħallu l-għoli tal-ħajja jkompli jħalli l-impatt devastanti li qed ikollu…u nħallu l-persuni vulnerabbli fis-soċjeta tagħha għal riħhom..bi Gvern li jibqa’ ma jieħux azzjoni konkreta.
Għaldaqstant huwa spjega li l-Oppożizzjoni qed tipproponi li jiddaħħal mekkaniżmu ġdid kif jitkejjel il-ġid f’pajjiżna.
“indaħħlu mekkaniżmu ġdid ta’ kif jitkejjel il-ġid f’pajjiżna li ma’ jkunx biss determinat mill-indikaturi ekonomiċi bħal Prodott Gross Domestiku (GDP) iżda jkun kompost minn firxa ta’ indikaturi li jkejlu l-benesseri tas-soċjetà u tal-komunitajiet tagħna.”
Bernard Grech insista li Partit Nazzjonalista jemmen li għandu jsir investiment fil-kura primarja tas-saħħa, u sensiela ta’ ċentri ta’ speċjalizzazzjoni. Huwa saħaq li Gvern preżenta wegħdi rriċiklati …bħall-bini tal-isptar ġdid tal-Kura Psikjatrika, kif ukoll ħeba u injora wegħdiet preċedenti…bħal Mother and Child Hospital….waqt li għadu jippompja l-miljuni tal-ewro lil Steward.
//= $special ?>