Lokali

Tiddaħħal Malta 610kg kokaina b’valur ta’ €100 miljun; it-tieni qabda mid-Dwana din is-sena

Il-Pulizija qed tinvestiga l-wasla f’pajjiżna ta’ 610 pakkett tad-droga – b’piż ta’ kilo kull wieħed – maħsuba li kienet kokaina.

Id-droga kienet ġejja mill-Ekwador, u kienet moħbija f’kaxxi tal-banana.

Din hija t-tieni interċettazzjoni maġġuri ta’ droga mid-Dwana ta’ pajjiżna matul din is-sena. Hu maħsub li din id-droga kellha valur fis-suq li kienet kapaċi tlaħħaq il-€100.6 miljun.

Dwar il-każ infetħet inkjesta immexxija mill-Maġistrat Monica Vella.