Fil-Knisja Parrokjali taż-Żurrieq it-Tnejn waranofsinhar ingħatat l-aħħar tislima lil Joe Cassar magħruf bħala l-Belinju.
Deskritt minn bosta bħala bniedem sempliċi, li kien jaħdem fis-silenzju, iżda li kien xempju tal-kobor.
Joe Cassar, li kien miż-Żurrieq, kien jaħdem ferm għal festa ta’ Santa Katarina, u kien anke jaħdem in-nar.
Il-Belinju kien stampatur fl-istamperija tal-PN sa mill-bidu nett – fl-1971. Hu kien ukoll l-aħħar li stampa ‘In-Nazzjon’ fuq il magna qabel din inbiegħet.
Cassar kien preżenti tul l-istorja kollha tal-istampar tal-ġurnali tagħna, anke meta saru żewġ bombi mal-lejl fl-istamperija.
Preżenti għall-funeral tiegħu kien hemm il-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Clascione, deputati Nazzjonalisti u kif ukoll personalitajiet distinti oħrjan.
F’isem Net News inwasslu l-kondoljazni lill-qarba u l-ħbieb tal-kollega tagħna, Joe Cassar il-Belinju.
//= $special ?>