Il-federazzjoni tal-futbol ta’ Wales qed tikkunsidra serjament li tbiddel l-isem tat-timijiet Nazzjonali għal dak ta’ Cymru.
Cymru huwa l-isem użat ħafna fil-pajjiż speċjalment fil-kwartieri ġenerali tal-futbol, iżda Wales huwa l-isem użat mill-bqija tad-dinja. Rapporti internazzjonali qed jgħidu li l-Federazzjoni ta’ Wales diġa bdiet diskussjonijiet mal-UEFA biex dan isir uffiċjali.
Il-Kap Eżekuttiv tal-FA ta’ Wales qal li t-tim għandu dejjem jissejjaħ Cymru, kif il-komunità tal-futbol fil-pajjiż kollha qed issejaħlu. Huwa qal li fuq livell internazzjonali għad fadal ftit xogħol xi jsir sabiex dan l-isem ikun dak uffiċjlai u għalhekk għal din it-Tazza tad-Dinja it-tim se jku jismu dak kif nafuh illum cioe Wales. Huwa qal ukoll li l-ħsieb hu li fl-2023 id-diskussjonijiet, li fihom se jkunu qed jippatreċipaw il-partijiet kollha inkluż il-klabbs, plejers u l-bordijiet kollha, se jkunu qed jieħdu xejra aktar serja sabiex eventwalment jintlaħaq qbil jekk dan għandux isir jew le.
Wales, li se jkunu qed jilagħbu fit-Tazza tad-DInja wara nuqqas ta’ 64 sena għandhom magħhom fi Grupp B lill-Ingilterra, l-Iran u l-Istati Uniti.
//= $special ?>