Bi plejer aktar mis-36 minuta u żewġ gowls fl-aħħar minuti kienu l-fatturi ewlenin li wasslu lil Roma għat tmien rebħa tal-istaġun u fl-istess waqt telgħu fir-raba’ post tas-Serie A punt taħt Milan u żewġ punti taħt Atalanta. Fis-26 minuta Verona marru fil-vantaġġ permezz ta’ PAWEL DAWIDOWICZ li minn pass ta’ Davide Faraoni għeleb lil Rui Patricio. Għaxar minuti wara Juan Luca Sacchi kecca lill-istess Dawidowicz. Roma approfittaw tant li minuti fuq il-ħin miżjud għamlu l-iskor 1-1 permezz ta’ NICOLO’ ZANIOLO. Dominju minn Roma matul it-tieni taqsima minkejja li kien biss fit-88 minuta li minn azzjoni ta’ Nemanja Matic kien CRISTIAN VOLPATO li għeleb lil Lorenzo Montipo b’Roma fil-vantaġġ. Fit-92 minuta kien STEFAN EL SHAARAWY li minn pass tal-istess Volpato għamel l-iskor 3-1.
Riżultat li permezz tiegħu Bologna telgħu fit-12 il-post bi 13 il-punt daqs Fiorentina. Minkejja li Bologna kellhom aktar pussess matul l-ewwel taqsima, d-difiza ta’ Monza żammet l-iskor intatt. It-tieni taqsima kienet aktar movimentata l-aktar wara li fis-57 minuta għal foul ta’ Michel Aebisher fuq Stefano Sensi, Monza ingħataw penalty. Taħ ANDREA PETAGNA li għeleb lil Lukasz Skorupski. Reazzjoni immedjata minn Bologna li tlett minuti wara għamlu l-iskor 1-1 . Minn azzjoni ta’ Stefan Posch kien LEWIS FERGUSON li gheleb lil Michele di Gregorio.Fit-73 minuta Bologna saħansitra fil-vantaġġ permezz ta’ ROBERTO SORIANO li minn azzjoni ta’ Joshua Zirkzee għeleb lil di Gregorio.
Riżultati
Verona v Roma 1-3
Monza v Bologna 1-2