Lokali

Aġġornata: Arrestat wara li ħalla raġel fil-periklu tal-mewt kaġun ta’ hit & run

Is-sewwieq għadu qed ikun imfittex mill-Pulizija

Anzjan ta’ 85 sena residenti Ħal Luqa spicca l-isptar jissielet għal ħajtu wara li ttajjar minn karozza li harbet mill-post.

Dan il-kaz ta’ hit-and-run sehh għall-ħabta tal-5:30am, fi Triq Ċensu Decandia f’Hal Luqa stess.

Fil-post wasal tim mediku li ha lill-anzjan l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Hemmhekk hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Ftit sigħat wara li seħħ l-inċident, il-Pulizija rnexxilhom jaqbdu lis-sewwieq, Spanjol ta’ 26 sena, li allegatament tajjar lil dan l-anzjan.

Fl-istess inċident, żewġ karozzi li kienu pparkjati,  sofrew xi ħsarat wara li l-karozza daħlet fihom.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u t-tfittxija għall-vettura għadhom għaddejjin … filwaqt li ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech li qed tmexxi inkjesta.