Ċkejkna ta’ 4 snin qed issofri minn ġrieħi gravi wara li waqgħet f’xaft fir-residenza tagħha fi Triq id-Dragun, Ħal Qormi għall-ħabta tas-1pm.
Il-Pulizija ġew infurmati mill-awtoritajiet tas-saħħa daqs sagħtejn wara li t-tifla ddaħlet l-Isptar Mater Dei għall-kura. Mhux magħruf jekk il-qraba sejħux għal ambulanza jew minn jheddhom ħadu huma stess liċ-ċkejkna lejn l-Isptar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>