Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Ir-rota tal-karozza spiċċat fuq sieqi biex nippruvaw noħorġu lin-neputi” – Charles Saliba

Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Charles Saliba fejn se jirrakonta fuq l-ewwel żminijiet tiegħu fix-xandir ma’ Xandir Malta.

Fid-diskussjoni il-profil se jgħidilna dwar l-istrike tal-għalliema u kif darba kienu ġegħluh jagħżel bejn jekk jingħaqadx fl-istrike ma’ sħabu, jew jekk jagħmel l-istrike, ineħħuh mix-xandir.

Il-profil se jgħidilna wkoll darba xi ġralu meta kien imsiefer mal-familja.

“Spiċċat ir-rota tal-karozza fuq sieqi biex nippruvaw noħorġu lin-neputi”

PROFILI llejla fit-8.30pm fuq Net TV bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul.