F’diskors ta’ aktar minn sagħtejn, illejla l-Prim Ministru Robert Abela kkonferma li għax komdu hu, jaħseb li komdu kulħadd.
Robert Abela kompla juri kemm hu maqtugħ mir-realtá tal-piżijiet li qed jaffaċċjaw ta’ kuljum in-nies. Diffikultajiet bħall-għoli tal-ħajja, il-problema tat-traffiku, l-qerda ambjentali u tant problemi oħrajn.
Robert Abela kien biss moħħu biex jattakka lill-Oppożizzjoni.
Madankollu Robert Abela baqa’ ma ddikjarax li se jkun qed jinħall mill-kuntratt ma’ Steward biex iwaqqaf is-serq tal-isptarijiet. Robert Abela baqa’ ma qal xejn kif se jroddlok lura dak li serqek Gvern Laburista fil-kontijiet ta’ dawl u ilma, l-anqas ma tak soluzzjoni kif se tkun solvuta, l-problema tat-traffiku. Fejn tidħol l-ekonomija Robert Abela baqa’ ma semma l-ebda settur ekonomiku ġdid li se jinħoloq.
Li ma qallekx Robert Abela hu li wara dan il-budget se jkun qed jiddejjen biljun ewro ieħor. Li ma qallekx Robert Abela hu li wara dal-budget tal-qalba se jkompli jistagħnew.
Għaliex Robert Abela la komdu, hu komdu kulħadd.
//= $special ?>