Sport

Table Football: Jurgen Balzan jilgħab fiċ- Champions league 2022

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġiet organiżżata ċ-Champions league fl-Italja.

Jurgen Balzan kien qed jipparteċipa mat-tim tiegħu Belġjan St. Stembert, li kien iffurmat minn Pascal Scheen, Daniel Scheen, Eric Threis u Jurgen Balzan. Fil-grupp ta’ Stembert kien hemm it-timijiet Fiamme Azzurre, Bormla SC, Royal 78, Olympia u Scarlet.

Kienet kwalifikazjoni diffiċli ħafna, iżda rnexxilhom jikkwalifikaw biex b’hekk il-Ħadd lagħbu mal-aħħar sittax mat-tim Taljan Reggio Emilia. Reggio Emilia kien ir-rebbieħ u anke rebbieħa tac-Champions League. St Stembert ġew klassifikati fl-erbatax-il post biex issa l-impenn li jmiss għal St. Stembert huwa l-Major ta’ Franza li ser issir iktar tard f’dan ix-xahar.