Valletta Subbuteo Club waslu sal-finali taċ-Champions League tat-Table Football fl-Italja fejn tilfu kontra t-tim Taljan Reggio Emilia. Sabiex waslu s’hawn Valletta rebħu l-grupp mingħajr telfa b’rebħiet fuq it-Taljani Napoli Fighters u Mortellito, it-tim Grieg Proteas Athens u t-tim Belġjan AS Hennuyer.
Fil-partita tal-aħħar sittax huma għelbu lil Griegi ta’ Noctuas Athens 3-0 biex fil-kwarti tal-finali iltaqgħu kontra t-tim Malti l-ieħor ta’ Bormla u għelbuhom 3-1. Fis-semi finali Valletta reġgħu sabu quddiemhom avversarju mill-istess grupp tagħhom lil Eagles Napoli u għat-tieni darba rebħulhom 1-0.
F’partita kkumbattuta Valletta sfaw megħluba fil-finali kontra Reggio Emilia 2-1.
It-tim kien kompost minn: Samuel Bartolo (captain), Derek Conti, Mark Gauci, Mario Camilleri, Joseph Borg Bonaci, u Belġjani Christophe Dheur u Ludovic Phontieux.
Minn naħa tagħhom Bormla Subbuteo Club spiċċaw fil ħames post f’din il-kompetizzjoni.
Fi Grupp C Bormla rebħu erbgħa min ħames partiti kontra Stembert tal-Belġju 4-0 ,Olimpia tal-Greċja 3-0, Scarlet Battalion tal-Greċja 3-1, u Royal Kaisermuhlen tal-Awstrija 3-1. L-unika telfa tasal kontra ċ-champions attwali Fiamme Azzure 0-4 biex kwalifikaw bit-tieni post.
Fl-aħħar 16 Bormla rebħu lil Issy les Moulineux ta’ Franza 3-1 biex fil-kwarti tal-finali l-Bormlizi tilfu 1-3 mar-runners up tal-kompetizjoni, il-Maltin ta’ Valletta Subbuteo Club.
Wara fil-finali pjazzament għas-seba’ u tmien post Bormla reġgħu rebħu lil Royal Kaisermuhlen tal-Awstrija 4-0 u fil- finali għall-ħames u s-sitt post rebħu lil Napoli Fighters tal-Italja bid-differenza ta’ gowls 10-9 wara li loghba spiċċat 2-2.
B’hekk dan il-ħames post minn 22 tim kien l-aħjar post li qatt ġabu Bormla Subbuteo fic-Champion’s League.
It-tim kien kompost minn: Charles Aquilina (Captian) ,Hansel Mallia, John Zammit, Jason Pisani, Mauro Camilleri, George Ebejer, il-Belġjani Bessim Golger u Pierre De Leeuw u t-Team Manager Josef Camilleri.
