Fil-Velodrome Stadium Tottenham għamluha mal-aħħar sittax fil-UEFA Champioins League b’rebħa ta’ 2-1 kontra Marseille. Kienu l-Franċiżi li fetħu l-iskor minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima meta minn cross ta’ Jordan Veretour kien Chancel Mbemba li bir-ras xeħet fix-xibka għal 1-0. Madanakollu fl-54 minuta huma kisbu d-draw meta minn cross ta’ Ivan Perisic kien id-difensur Clement Llenglet li kkonkluda fix-xibka. Biex fl-94 minuta, hekk kif il-partita dehret li se tintemm fi draw, kien Pierre Hojberg li b’xutt b’saħħtu xeħet fix-xibka għal 2-1. B’hekk b’din ir-rebħa Tottenham rebħu grupp D bi Frankfurt jingħaqdu magħhom mal-aħħar sittax, fit-tieni post.
F’Anfield f’partita bejn żewġ timijiet li kienu diġa kkwalifikaw Liverpool għelbu lil Napoli bl-iskor ta’ 2-0. Huma kellhom jistennew sal-85 minuta biex jiftħu l-iskor permezz tal-Eġizzjan Mohammed Salah, qabel fil-ħin mogħti żejjed, kien l-Urugwajan Darwin Nunez li rdoppja u assigura minn rebħa għat-tim immexx minn Jurgen Klopp.
Min Grupp B eliminazzjoni sorpriża għal Atletico Madrid wara li kienu megħluba 2-1 minn Porto. Huma marru fil-vantaġġ fil-5 minuta meta minn pass ta’ Evanilson kien Mehdi Taremi li xeħet fix-xibka. Il-Portugiżi rdoppjaw fl-24 minuta meta Wenderson Galeno żmarka lil Stephen Eustaquio għal 2-0. Ateltico naqqsu d-distakk b’awto gowl ta’ Ivan Marcano, li madanakollu ma kienx biżejjed biex jagħmluha mal-aħħar sittax.
Riżultati
Grupp A
Liverpool v Napoli 2-0
Rangers v Ajax 1-3
Grupp B
B.Leverkusen v C.Brugge 0-0
Porto v A.Madrid 2-1
Grupp C
B.Munich v Inter 2-0
V.Plzen v Barcelona 2-4
Grupp D
Marseille v Tottenham 1-2
Sporting v Frankfurt 1-2