Numru ta’ għalliema indikaw il-fatt li fl-aħħar sentejn kien hemm mas-600 każ ta’ studenti li rrappurtaw problemi ta’ saħħa mentali.
Din id-data ħarġet mill-Parlament wara mistoqsija parlamentari mid-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.
Stharrig li kien sar minn għadd ta’ psikjatri, jindika li minn 755 bejn tfal u adoloxxenti, 62% jinsabu f’riskju ta’ problemi emozzjonali u qed jaffaċċjaw għadd ta’ sfidi mentali. L-istudju sar mill-Assoċjazzjoni għas-Saħħa Mentali tat-Tfal u l-Adolexxenti, u l-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat.
F’analiżi illi hija l-ewwel tax-xorta tagħha, il-psikjatra Rosemarie Sacco qalet li aktar żgħażagħ għandhom bżonn mekkaniżmi b’saħħithom biex jgħinuhom jittrattaw sitwazzjonijiet ta’ sfidi.
L-istħarriġ sab li 23% taż-żgħażagħ ta’ bejn 5-10 snin u 39% ta’ bejn 11-16-il sena kienu f’riskju ta’ problemi emozzjonali; bl-istess mod, 27% ta’ bejn 5-10 snin u 27% ta’ bejn 11-16-il sena x’aktarx ikollhom problemi ta’ iperattività. Dan filwaqt li 23% ta’ bejn 5-10 snin u 26% ta’ bejn 11-16-il sena x’aktarx li kellhom problemi ta’ ansjetà.
//= $special ?>