L-Oppożizzjoni tinsisti għal intervent tal-Ispeaker dwar dan il-każ
Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne attakka lid-Deputat Speaker David Agius u akkużah b’partiġġjaniżmu u nuqqas ta’ irġulija meta nsista li jibqa’ jitkellem wara li kien se jiskadilu l-ħin maqbul.
B’ton arroganti, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne attakka anki lill-Whip Nazzjonalista Robert Cutajar b’arroganza anki wara li l-Oppożizzjoni aċċettat li Chris Fearne jiqba’ jitkellem għal ftit ħin ieħor.
Il-ħin tad-diskorsi tad-deputati jinżmm mill-impjegati tal-parlament iżda l-Ministru Feanre qaba’ jgħajjat u jattakka lid-Deputat Speaker David Agius għax ried jibqa’ jitkellem anki wara li jkun skadielu l-ħin.
Meta skada l-ħin tal-Gvern, id-Deputat Speaker David Agius qal li d-Deputat Prim Ministri li kien skadielu l-ħin kien ta iktar ħin lid-Deputat Prim Ministru iżda Chris Feanre baqa’ għaddej jitkellem.
Chris Fearne reġa’ attakka lid-Deputat Speaker u akkużah li pprova jifxklu fid-diskors tiegħu.
Fis-seduta ta’ waranofsinhar il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qal li l-atteġġjament li ħoloq id-Deputat Prim Ministru fil-konfront tas-Sedja ma kienx aċċettabbli u talab l-intervent tal-Ispeaker biex dan ma jerġax ikun ripetut. L-Ispeaker qal li jaqbel mal-Whip Nazzjonalista li m’għandu jintuża qatt kliem li jweġġa’ fil-parlament u sostna li kien se jara dan l-inċident.
//= $special ?>