Darren Carabott, PN
Id-deputat Nazzjonalista Darren Carabott qal fil-parlament li l-gvern ma jistax jipprova jieħu post il-kunsilli lokali.
Darren Carabott, li qal li d-differenza bejn il-PN u l-PL hi li l-PN jemmen fid-deċentralizzazzjoni tal-poter. Il-gvern qed inaqqas il-fondi lill-kunsilli lokali; il-ħajja qed tgħola u l-kunsilli qed jintesew u jieħdu inqas.
Darren Carabott kompla li anki l-kunsilliera Laburisti qed jgħidu dan id-diskors u sostna li l-gvern qed jaqta’ lill-kunsilli lokali ‘l barra mill-politika tiegħu. Dan bl-iskop li r-residenti jmorru għand il-ministru fejn ikollhom bżonn.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-PL ma jemminx fid-demokrazija tal-kunsilli lokali u sostna li l-gvern mhux kapaċi jsolvi l-problemi tal-kunsilli lokali.
Darren Carabott sostna li l-ġbir tal-iskart se jgħaddi għand ir-reġjuni fejn il-kunsilli se jintefgħu flimkien mal-istess kuntratt flok sistema sempliċità fiduċja u riżorsi lill-kunsilli lokali biex kull kunsill jitratta hu mal-kuntratturi.
Dwar il-borza l-griża, id-deputat Nazzjonalista qal li issa se jkun hemm biss ġurnata waħda għall-ġbir tal-borża griża b’inkonvinjenti li din is-sistema li se toħloq.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li fl-ippjanar u l-ambjent għandhom rwol u semma l-Kunsill Lokali ta’ Pembroke li tilef leħnu quddiem il-każ tad-DB Group, il-Kusill Lokali tal-Gżira kien leħen fid-deżert dwar il-pompa tal-Pembroke, ma nstemgħux l-ilmenti dwar Kemmuna, dwar Ġnien Romeo Romano f’Santa Venera u dwar il-marina tal-jottijiet fil-Kalkara.
Darren Carabott qal li l-kunsilli lokali m’għandhomx sabiħa fir-rigward tas-sigurtà u spjega kif il-gvern mhux jikkonsulta mal-kunsilli lokali dwar it-toroq kif ġara fiż-Żurrieq. Il-gvern mhux jagħmel konsultazzjoni mal-kunsilli lokali ta’ Ħal Qormi u l-Imsida dwar diversi proġetti.
Hu tkellem dwar il-ħmieġ fit-toroq fejn il-gvern qed jieħu ir-responsabbiltajiet f’idejh għax ma jemminx fil-kunsilli lokali.
Dwar it-tilqima tal-influwenza, Darren Carabott qal li anki din ir-responsabbiltà ħadha mingħand il-kunsilli lokali. Hu semma’ l-Marsa u qal li din saret Kapitali tal-Kultura b’nefqa ta’ €85,000 u qal li l-Awditur Ġenerali ilu jirrimarka b’nuqqasijiet minn żewġ kunsilli lokali, dawk tal-Belt u tal-Kalkara, li ma jippreżantawx il-kontijiet tagħhom iżda l-gvern ma jieħux passi.
Il-gvern qed jitratta lill-kunsilli lokali bħala customer care services. Hawn disa’ binjiet ta’ kunsilli lokali li m’humiex aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà.
Id-deputat Nazzjonalista Darren Carabott qal li l-PN welled il-kunsilli lokali u għadu l-partit li jemmen bil-fatti fid-deċentralizzazzjoni tal-kunsilli lokali. Hu qal li l-gvern naqqas il-fondi lill-kunsilli lokali f’diversi skemi fejn għall-kunsilli lokali, l-fondi tnaqqsu bin-nofs. Dan filwaqt li l-gvern sab il-flus bil-miljuni fil-windfarms tal-Montenegro u fil-kummissjonijiet fil-korruzzjoni.
//= $special ?>