Graham Bencini, PN
Id-deputat Nazzjonalista Graham Bencini sostna li l-PBS mhux qe djaqdi l-funzjoni tiegħu ta’ xandir pubbliku.
Graham Bencini tkelelm dwar ix-xandir u qal li x-xandir pubbliku llum hu x-xandir tal-istat. F’Ottubru 2021 li s-CMDC stabilixxa f’rapport li l-PBS hu mezz ta’ xandir ikkontrollat mill-Istat għax l-aspett editorjali tal-PBS hu kontrollat mill-gvern.
Fir-rapport ta’ Lulju 2021, s-CMPF stabbilitxxa li l-indispendenza editorjali tal-PBS hi mhedda mill-linja tal-Gvern. Dawn huma organizzazzjonijiet indipendenti minn kulħadd, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-PBS mhux qed jaqdi lill-pubbliku iżda qiegħed hemm biex jaqdi lill-gvern. Il-PBS wasal biex anki ċċensura lill-Papa li kien għamel messaġġi importanti meta kien waqt żjara f’Malta.
Id-deputat Nazzjonalista qal lix-xahar li għadda l-President Franċiż Macron organizza summit politiku fir-Repubblika Ċeka li għalih attendew 44 pajjiż inkluż il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Mestola. Il-media kollha intervistaw lil Roberta Metsola, ħlief għall-PBS li ma rax raġuni għaliex kellu jintervista lill-President tal-Palament Ewropew.
Id-deputat Nazzjonalista sostna li hemm żbilanċ politiku kontra l-PN li hu konfermat mill-qrati ftit ilu.
Hu tkellem dwar l-importanza tal-element demokratiku u sostna li l-PN kellu jiftaħ kawża kostituzzjonali fil-qrati dwar l-iżbilanċ fix-xandir. Fil-budget il-Gvern alloka €6.2 miljuni għall-PBS; f’sentejn il-budget għall-PBS żdied b’€1.2 miljuni. Dan meta l-gven naqqas il-budget għall-università ta’ Malta b’€1 miljun.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern qed jirrifjuta li jpoġġi fil-parlament ir-rapporti annwali tal-PBS u l-ismijiet tal-persuni li jiffurmaw il-bord editorjali flimkien mad-dħul tagħhom, l-ismijiet tal-Bord tad-Diretturi tal-PBS u d-dħul tagħhom u mhux jispeċifika jekk hemmx ħlasijiet pendenti ma’ produtturi tal-PBS.
Dwar is-settijiet diġitali li qed juża’ l-PBS, Graham Bencini qal li dan wasal għal nuqqas fil-kwalità tal-istampa iżda uffiċjali tal-PBS qed isostnu li din naqqset l-ispiża. Għalhekk mhux magħruf kif il-gvern qed iżid l-ispiża fuq il-PBS, sostna Graham Bencini.
//= $special ?>