Caritas Malta hija forċina għas-soċjetà Maltija… huwa dak il-post li joffri tama u ħajja lil dawk l-aktar vulnerabbli.
Hekk kienet deskritta minn bosta persuni l-ħidma tal-Caritas meta l-Erbgħa filgħodu kienet inawgurata l-binja l-ġdida fil-Ħamrun; ċentru fil-komunita li qed jirrispondi għall-bżonnijiet tal-lum.
Filfatt fl-ewwel sena minn meta Caritas Malta bdiet topera minn dan il-Community Centre, ġew mgħejjuna madwar 800 persuna bi problemi soċjali diversi kif ukoll 700 persuna li kellhom problema tal-vizzju tad-droga u l-qraba tagħhom li ammontaw għal madwar 500 persuna. Apparti dan, Caritas permezz ta’ għajnuna min-naħa tad-djakonija, offriet sapport lil 1,300 familja fil-parroċċi madwar Malta u Għawdex.
Id-Direttur ta’ Caritas Malta, Anthony Gatt qal li din il-binja qed tkompli tgħin sabiex ikun eredikat il-faqar u ssir ġustizzja soċjali, dan filwaqt li Cairtas tkompli bil-ħidma tagħha anke fiċ-ċentru tal-komunità.
Anthony Gatt saħaq li l-iskop prinċipali ta’ dan iċ-ċentru huwa li dawn il-persuni jkollhom id-dinjità li tixirqilhom.. centru li żgur ma setax jinbenda mingħajr l-għajnuna finanzjarja tal-Fondazzjoni Alfred Mizzi, kif ukoll permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea.
Min-naħa tiegħu l-Arċisqof Charles Scicluna qal li din il-binja setgħet tkun possibbli biss permezz tal-ġenerożita u ħidma ta’ bosta persuni u voluntiera. Saħaq li f’dan iċ-ċentru kulħadd iħossu milqugħ hekk kif huwa xhieda tat-tama li Malta u d-dinja kollha għandha bżonn.
Fl-istess attività ta’ inawgurazzjoni tkellmet ukoll is-Segretarju Ġenerali ta’ Caritas Europa Maria Nyman fejn faħħret il-ħidma imprezzabbli ta’ Caritas Malta filwaqt li saħqet li din hija ħolma li saret realtà.
Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm il-Viċi Kap Nazzjonalista Alex Perici Calascione, id-Deputati Nazzjonalisti Ivan Bartolo u Bernice Bonello, il-Prim Ministru Robert Abela, kif ukoll numru ta’ membri mill-amministrazzjoni tal-Kurja.
//= $special ?>