Il-Knisja Kattolika fakkret is-Solennità tal-Erwieħ kollha, b’ħafna jkunu dawk li jżuru l-oqbra ta’ qrabathom fiċ-ċimiterji, jitolbu talba għal ruħhom filwaqt li jħallu xi bukkett fjuri jew xemgħat.
Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna flimkien mal-Arċiprieti tal-Parroċċi Qriema ta’ San Ġorġ u ta’ San Sebastjan ikkonċelebraw quddiesa fil-Kappella taċ-Ċimiterju ta’ Ħal Qormi … b’sufraġju għall-mejtin kollha.
Fl-omelija tiegħu, l-Arċisqof saħaq li f’dawn iż-żminijiet ta’ ġabra, l-insara jkunu qed jagħmlu att sabiħ ta’ solidarjetà u wieħed anki jitlob li meta jmiss lilu, ikun hemm min jitlob għalina.
Monsijur Scicluna stqarr li dan hu mument li fih l-insara iġeddu l-fidi taghhom fil-hajja li ma tintemm qatt – mument ukoll li fih nagħrfu l-qawwa tat-talb. Hawn, l-Arċisqof appella lill-ġenituri biex jghallmu t-talb lil uliedhom sa mic-cokon, ghax irridu nemmnu fis-saħħa tat-talb.
Intant….wara l-quddiesa, l-Arċisqof bierek l-oqbra fiċ-ċimiterju taż-żewġ parroċċi ta’ Ħal Qormi.
//= $special ?>