L-eks Prim Ministru ta’ Iżrael, Benjamin Netanyahu, jinsab pass ‘il bogħod minn ritorn drammatiku fit-tmexxija ta’ Iżrael. Dan wara li r-riżultati parzjali mill-elezzjoni ġenerali indikaw li hu jinsab viċin maġġoranza assoluta fil-Parlament – dejjem bl-għajnuna tal-alleati estremisti tal-lemin.
Fil-preżent laħqu għaddew viċin id-90 fil-mija tal-voti mitfugħin, bil-grupp immexxi minn Netanyahu x’aktarx li se jaċċerta minn 65 minn fost il-120 siġġu fil-Knesset, jew Parlament.
Meta indirizza lill-partitarji tal-Partit Likud ( tiegħu) f’Ġerusalemm, Netanyahu qal biċ-ċar li huma kienu viċin ta’ rebħa kbira – anki jekk jibqa’ il-fatt li s-suċċess tiegħu qed jiddependi fuq il-Partit taż-Żijoniżmu Reliġjuż magħmul mill-ultra-nazzjonalisti.
Il-mexxejja tal-Partit Żijonista — Itamar Ben-Gvir and Bezalel Smotrich – għandhom fama għad-diskorsi kontinwi kontra l-Għarab minbarrali huma favur politika li tesiġi għad-deportazzjoni ta’ politiċi jew ċivili Għarab li huma żleali għal Iżrael.
Itamar Ben-Gvir, ix-xahar li għadda, deher fuq filmat waqt li kien qed joħroġ arma tan-nar u f’ħin meta grupp ta’ Palestinjani bdew iwaddbulu l-ġebel. Dan waqt li Ben-Gvir kien qed iżur zona ddominata mill-Għarab f’Ġerusalemm tal-Lvant u f’liema ħin hu anki sejjaħ biex il-pulizija jisparaw għal fuq dawk il-Palestinjani.
Sadanittant, dan il-politiku estremista, waqt diskors, wiegħed biex, issa, ‘jaħdem għaċ-ċittadini kollha ta’ Iżrael inklużi dawk li jobgħoduh’.
Iżda l-akbar punt ta’ interess hu Benjamin Netanyahu, li, flimkien ma’ martu Sara, mar jilqa’ lill-partitarji tiegħu waqt party tal-Likud u fejn infurmahom li huma kienu rebħu vot kbir ta’ fiduċja mill-poplu ta’ Iżrael.
Dan wara li l-exit polls kienu bassru li l-grupp politiku ta’ Netanyahu kellu jirbaħ talanqas 62 siġġu, bil-partitarji tal-Likud qed jiċċelebraw il-comeback impressjonanti tal-benjamin tagħhom fost it-tixjir tal-bnadar u applawż li mhu qed jaqta xejn.
Benjamin Netanyahu hu l-aktar Prim Ministru Iżraeljan li qatt dam fil-kariga, iżda xhur ilu kellu jwarrab mill-poter fost akkużi ta’ tixħim, frodi u aġir li allegatament kien qed jabbuża l-fiduċja tal-poplu.
Sadanittant, il-Prim Ministru attwali ta’ Iżrael, Yair Lapid qal li xejn ma kien għadu deċiż fl-elezzjoni. Lapid, li jmexxi lill-partit Yesh Atid, taċ-ċentru-xellug, sostna wkoll li hu u l-partitarji tiegħu qed jistennew ir-riżultati finali qabel joħorġu stqarrija formali dwar is-sitwazzjoni.
//= $special ?>

