Stephen Spiteri, PN
Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri appella fil-parlament biex il-gvern iwettaq l-investiment meħtieġ f’kura speċjalizzata u nnovattiva relata ma’ diversi mard.
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li din is-sena l-budget hu ta’ aktar minn €1 biljun; riflessjoni li s-settur tas-saħħa hu tal-livell li jistħoqqlu u jitfa’ responsabbiltà fuq il-gvern.
Hu qal li għandu jun hemm distribuzzjoni ġusta fl-investiment f’dan is-settur biex ma jkunx hemm telqa u nuqqasijiet f’ċertu setturi fosthom fl-ispeċjalizzazzjoni tal-psikjatrija.
Stephen Spiteri tkellem dwar Steward u sostna li l-allokazzjoni għall-isptarijiet tammonta għal wieħed minn kull 10 tal-budget tal-gvern iżda din mhix timmatterjalizza; il-poplu Malti mhxu jingħata dak li hu Steward huma obbligati li jwettaq.
Il-gvern qed idum wisq biex jieħu azzjonijiet dwar din is-sitwazzjoni. L-allokazzjoni żdiedet b’€9 miljuni meta l-obbligi kuntrattwali ma tlaqux kemm Malta kif ukoll f’Għawdex.
Id-deputat Nazzjonalista tkelelm dwar l-avvanzi li qed isiru fil-kura tal-kanċer u l-importanza li din il-kura tingħata wkoll fid-djar biex tkompi titjieb il-kwalità tal-kura f’dan is-settur. Jeħtieġ li dawn is-servizzi jitwessgħu iktar.
Il-gvern għandu joffri iktar trattamenti f’dan is-settur b’mediċini innovattivi. Jeħtieġ li jkn hemm trattamenti barra minn Malta biex il-pazjenti jkollhom tama lill-pazjenti.
Hu qal li l-budget għandu jitratta l-ispeċjalizzazzjoni biex il-kura tingħata f’pożizzjoni iktar bikrija tal-marda biex ikun hemm iktar suċċess.
Jeħtieġ li jkun hemm azzjoni fuq il-mard sesswali li qed jiżdied fil-pajjiż; għandhom ikunu l-awtoritajiet li jmorru għand il-pazjenti biex dan il-mard ma jinferixx.
Din hi pandemija li tisnab għaddejja b’mod qawwi għaliex il-mard ma joħroġx mill-ewwel; dan qed ikun ta’ piż kbir fuq il-gvern. Il-GU Clinic mhix tlaħħaq, sostna d-deputat Nazzjonalista, li appella għal iktar kampanji edukattivi fl-iskejjel.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-importanza tal-investiment fis-saħħa mentali u qal li l-edukazzjoni u s-saħħa jmorru flimkien anki fil-prevenzjoni. Hu semma’ l-kannabis u sostna li minkejja li daħħal din il-liġi, is-suq għadu regolat meta l-użu tal-kannabis jista’ jkollu konsegwenzi.
Jeħtieġ tkun indirizzata s-sitwazzjoni fl-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei u biex l-anzjani jkollhom it-tabib tal-għazla tagħhom bla ħlas b’servizz effiċjenti. Is-servizz għandu jkun dak li jixraqlu, sostna Stephen Spiteri, li qal li hemm bżonn diversi servizzi mediċi f’Għawdex.
//= $special ?>