Graham Benici, PN
Id-deputat Nazzjonalista Graham Bencini appell lill-gvern biex iwettaq b’mod immedjat strateġija nazzjonali dwar l-obeżità fil-pajjiż.
Fil-parlament Graham Bencini tkellem dwar l-obżità uq al li din wtassal għal diversi problemi mediċi. Għalhekk din hi tema improtanti minħabba li hawn iktar minn kwart tal-poplazzjoni ta’ iktar minn 15-il sena li għandha piż żżejejd.
Jirriżulta li 60% tan-nisa Malitn għandhom piż żejjed.
Fl-2019 kien hawn 25% tal-popolazzjoni li kienu obeżi waqt li fl-2022, dan tela’ għal 29% tal-popolazzjoni
Sal-203 qed ikun imbassar li iktar minn terz tal-Maltin ikunu obeżi; dan jammonta għal 150,000 persuna.
Id-deputat Nazzjonalista qal li fil-budget hemm allokati €80,000 biss għall-istrateġija kontra l-obeżita li hu €100,000 minn dak allokat 2020. Minnhom il-gvern kien nefaq €82,000. Dan filwaqt lir r-rata tan-nies bl-obeżità qed tkompli tiżżdied. Il-PN għandu diversi proposti fuq dan fosthom li t-tfal ikollhom iktar attivitajiet fiżiċi fl-iskejjel.
Jeħtieġ strateġija nazzjonali dwar l-obeżita waqt li jkun hemm ukoll strateġija dwar l-ikel san li għandu jittiekel, Jeħtieġ jingħataw sussidji biex in-nies jixtru ikel san għas-saħħa, sostna Graham Bencini.
//= $special ?>