‘Għadu għadda terz biss tal-Kampjonat’
- Branco Nisevic, kowċ ta’ Ħamrun Spartans
‘Ksibna tlett punti importanti ħafna kontra tim ta’ Gżira United, tim verament tajjeb li għandu wkoll numru ta’ players individwali.’ Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kowċ ta’ Ħamrun Branco Nisevic wara r-rebħa li l-Ispartans kisbu kontra Gżira United bl-iskor ta’ 2-1. Huwa kompla hekk. ‘ Forsi waħda mill-problemi ta’ Gżira hija li m’għandhomx skwadra kbira. Imma jekk nanalizzaw din ir-rebħa kienu tlett punti meritati li jtuna ftit aktar kunfidenza minkejja li għadu għadda terz biss tal-kampjonat. U dan ifisser li minkejja li għandna seba’ punti vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika xorta ma’ nistgħux nirrilassaw. Nifirħu llum u minn għada nibdew il-preparazzjoni tagħna għal-logħba li jmissna kontra Balzan. Xtaqt nagħlaq billi ngħid li llum kuntent l-aktar bil-wirja peress li konna tajbin f’kull dipartiment.’
‘Nemmen li Ħamrun kienu l-aħjar tim’
- Darren Abilla, kowċ ta’ Gżira United
‘Qabel il-partita konna nemmnu li stajna anki ksibna t-tlett punti peress li ħdimna fuq pjan tattiku tajjeb. Iżda dan ma’ kellux ikun u nemmnu li ma serqu xejn għax kienu l-aħjar tim.’ Hekk ikkummenta l-kowċ ta’ Gżira United Darren Abdilla wara li l-Maroons tilfu l-konfront dirett konta Ħamrun Spartans. Abdilla kompla, ‘Ridna li nagħtu l-inizjattiva lil Ħamrun u noperaw bil-kontrattakki kif fil-fatt għamilna. Ridna lilhom jiġu fil-half tagħna iżda konna wkoll traskurati xi ftit meta kellna l-pussess. Il-gowls tagħhom ġew minn żball u set piece. Iżda ninsabu kuntenti li wara disa’ logħbiet ninsabu f’din il-posizzjoni minkejja li stajna ġibna aktar punti. Pero’ fadal ħafna wkoll.’
KLASSIFIKA | L | PTI |
Ħamrun Spartans | 9 | 25 |
Gżira United | 9 | 18 |
Birkirkara | 9 | 17 |
Hibernians | 9 | 17 |
Gudja United | 9 | 17 |
Mosta | 9 | 14 |
Balzan | 9 | 14 |
Floriana | 9 | 12 |
Marsaxlokk | 9 | 12 |
Valletta | 9 | 9 |
Sires | 9 | 6 |
Santa Lucia | 9 | 5 |
Żebbuġ Rangers | 9 | 4 |
Pietà Hotspurs | 9 | 3 |
L-AQWA SKORERS | GLS |
Jurgen Degabriele (Hibernians) | 9 |
Jefferson De Assis (Gżira United) | 8 |
Charles Lokoli Ngoy (Żebbuġ Rangers) | 6 |
Vito Plut (Gudja United) | 5 |
Elvis Mashike (Ħamrun Spartans) | 5 |
Jake Grech (Hibernians) | 5 |
Christ Ememe (Mosta) | 5 |
Maxuell Maia (Gżira United) | 4 |
Francesco Farias (Santa Lucia) | 4 |
Angel Torres (Balzan) | 4 |
LOGĦOB LI JMISS
Il-Ġimgħa 4 ta’ Novembru, 2022
Centenary Stadium
7.30am Mosta – Gżira Utd.
Is-Sibt 5 ta’ Novembru, 2022
Centenary Stadium
2.00pm Pieta H. – M’Xlokk
4.30pm Floriana – Sta Lucia
Tony Bezzina Stadium
2.00pm Hibernians – B’Kara
4.30pm Sirens – Gudja Utd.
Il-Ħadd 6 ta’ Novembru, 2022
Tony Bezzina Stadium
2.00pm Valletta – Żebbuġ R.
4.30pm Ħamrun S. – Balzan
//= $special ?>