Lokali

AĠĠORNATA: Mara tittieħed l-isptar wara ħabta bejn żewġ karozzi

Mara ta’ 50 sena tinsab l-isptar Mater Dei wara inċident bejn żewġ karozzi f’Ħal Qormi.

L-inċident seħħ għal ħabta tal-10:30am fi Triq Ħal Luqa f’Ħal Qormi bejn żewġ vetturi. Vettura minnhom tal-għamla Mitsubishi Pajero kienet misjuqa minn raġel ta’ 36 sena li huwa residenti Marsaskala filwaqt li l-vettura l-oħra tal-għamla Citroën kienet misjuqa minn mara ta’ 50 sena residenti Ħal Qormi.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post hekk kif issejħet ambulanza għall-mara. Hi ttieħdet l-isptar Mater Dei għal aktar kura u ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi ħfief.