Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Messi jitlob li jkun eskluż mill-iskwadra ta’ PSG

Hekk kif l-istilla Arġentin Lionel Messi se jkun qed jilgħab l-aħħar Tazza tad-Dinja fil-karriera tiegħu, il-ġurnalist rinomat fl-Arġentina Andres Yossen irraporta li l-eks plejer ta’ Barcelona talab lill-kowċ tiegħu ma’ PSG Christophe Galtier biex ikun eskluż mill-iskwadra tal-Les Rouge et Bleu minn tmiem il-ġimgħa li ġej sabiex jibda jipprepara u jkun fl-aħjar kundizzjoni fiżika għall-akbar avveniment tal-futbol fid-dinja.

L-istess ġurnalist qal ukoll li waħda mill-klawsoli fil-kuntratt ta’ Messi ma’ PSG tgħid li l-ewwel prijorità tal-captain Arġentin hija t-tim Nazzjonali tal-Arġentina u għalhekk jekk huwa minnu li Messi qed jagħmel din ir-rikjesta il-probabiltà hi li PSG se jkunu qed jilgħabu mingħajru l-Ħadd li ġej kontra Lorient u l-Ħadd ta’ wara kontra Auxerre.

PSG jinsabu fil-quċċata tal-Ligue 1 b’35 punt, ħames punti fuq Lens b’Lionel Messi dan l-istaġun skorja 7 gowls f’10 partiti.