Il-poplu Iżraeljan fl-aħħar sigħat ivvota fil-ħames elezzjoni ġenerali f’anqas minn erba’ snin – bil-Partit Likud tal-eks Prim Ministru Benjamin Netanyahu kapaċi jirritorna fil-poter wara li rnexxielu jżid l-appoġġ tiegħu qabel saret l-elezzjoni.
L-aħħar stħarriġ ta’ qabel l-elezzjoni indika li Netanyanhu kapaċi jispiċċa b’siġġu wieħed biss anqas minn maġġoranza assoluta.
Sa dalgħodu ġew mgħadda ‘l fuq minn 70% tal-voti, bil-voti jidhru li qed jikkonfermaw dak li xehdu s-sondaġġi tal-aħħar ġimgħat.
Tard bil-lejl, partitarji ta’ Netanyahu diġà kienu ħonqu t-toroq jiċċelebraw ir-riżultat u r-rebħa miksuba.
//= $special ?>