Studju li l-NAO ppubblika fl-2018 kien għamel numru ta’ rakkomandazzjonijiet bil-għan li jindirizzaw tħassib relatat mal-Isptar Monte Carmeli, u allura b’implikazzjoni, mas-servizzi tas-saħħa mentali. Dan l-istudju sar b’intenzjoni sabiex ikun evalwat l-progress tal-Gvern fl-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet. Minn naħa l-oħra, nofs is-swali tal-Isptar Monte Carmeli xorta waħda għadhom fi stat diżastruż.
Pero, dan l-istudju nnota b’mod pożittiv li r-rakkomandazzjonijiet kollha li l-NAO għamel fir-rapport oriġinali tal-2018 ġew aċċettati mis-servizzi tas-saħħa mentali. Ta’ aktar importanza huwa l-fatt li, għalkemm fi stadji differenti, ġie reġistrat progress fl-implimentazzjoni ta’ aktar minn nofs dawn ir-rakkomandazzjonijiet, inklużi dawk meqjusa bħala kruċjali.
L-NAO nnota li s-servizzi tas-saħħa mentali għandha intenzjoni ċara li timplementa r-rakkomandazzjonijiet li jirrigwardjaw it-titjib strutturali u l-atmosfera tal-isptar, b’rinovazzjoni u x-xogħlijiet strutturali jiġu mwettqa f’aktar minn nofs is-swali tal-isptar.
Minn naħa l-oħra, l-NAO xorta għadu mħasseb dwar l-istat tas-swali li baqgħu fl-istess kundizzjoni mhux mixtieqa li kienu fiha kif issemma fir-rapport tal-2018. Dan l-Uffiċċju jifhem li ambjent bħal dan bla dubju jolqot il-benesseru tal-pazjenti u tal-ħaddiema għaliex mhuwiex ambjent xieraq li taħdem fih wisq anqas li tkun pazjent.
L-NAO jitħasseb ukoll dwar il-fatt li l-attentat tas-servizzi tas-saħħa mentali li takkwista sptar temporanju għal kura sabiex pazjenti jkunu jistgħu jiġu rilokati mill-Isptar Monte Carmeli, kien bla suċċess. Madanakollu, l-Uffiċċju jirrikonoxxi l-isforzi li saru biex l-isptar nnifsu jkun aktar sigur u addattat għall-pazjenti li għandhom bżonn kura għas-saħħa mentali.
Tul dawn l-aħħar snin kien hemm titjib fir-riżorsi umani iżda n-numru ideali ta’ impjegati għadu jrid jintlaħaq u fuq din il-kriżi għadna lura ħafna.
Madanakollu, xorta hemm inkwiet kbir rigward l-isfidi evidenti li qed jaffaċċjaw kliniki kif ukoll ċentri li qegħdin f’binjiet li jew mhumiex adegwati jew inkella wisq żgħar sabiex jilqgħu pazjenti li għandhom bżonn kura għas-saħħa mentali.
//= $special ?>