Paula Misud Bonnici, PN
Id-deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici qalet fil-parlament li l-gvern mhux iżomm il-wegħdi tiegħu dwar l-immodernizzar tal-isptarijiet u fis-servizzi mediċi.
Hi kompliet li l-gvern issa qed jgħid li hu Soċjalist meta qabel kien jistħi jgħid li hu Soċjalist.
Il-poplu qed ikun effettwat minn mediċini out of stock minkejja li l-gvern jinnega dan, sostniet Paula Mifsud Bonnici, li spjegat kif numru ta’ appuntamenti għall-operazzjonjiet qed jitħassru.
Dawn huma fatti li jitkellmu weħidhom iżda l-Ministru tas-Saħħa jibqa’ jgħid li m’hemmx listi ta’ stennija.
Hawn nuqqas ta’ infermiera li l-gvern m’għamel xejn dwarhom b’konsegwnza li pazjenti fl-Isptar Mater Dei ma jistgħux ikunu tarsferiti f’San Vinċenz.
//= $special ?>

