Lokali Transport

Skiet mill-Prim Ministru dwar l-iskandlu fi Transport Malta

Wara diskors ta’ sagħtejn, għal ġurnata oħra Robert Abela ma jlissinx kelma waħda din id-darba meta ġie mistoqsi rigward l-iskandu tat-testijiet ghal-liċenzji tas-sewqan.

It-Tlieta fil-Qorti ġie żvelat li t-telefonati biex jinfluwenzaw lid-Diretturi ta’ Transport Malta ħarġu kemm minn Kastilja kif ukoll mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. B’eżaminaturi jgħidu, taħt ġurament, illi qalulhom biex jagħlqu għajnejhom it-tnejn.

Dwar dan l-iskandlu, Robert Abela offra biss silenzju hekk kif lanqas biss wieġeb jekk jafx min hu responsabbli għal dawn it-telefonati li saru minn Kastilja biex jinfluwenzaw lill-ufficjali ta’ Transport Malta.

Aktar qabel fil-Parlament, anke l-Ministru tat-Trasport Aaron Farrugia evita kompletament milli jwiegeb dwar dan l-iskandlu.