Wara nuqqas ta’ tliet snin, nhar il-Ħadd 13 ta’ Novembru se tirritorna n-Nofs Maratona taż-Żurrieq u t-Tellieqa 10km wara li bħal ħafna avvenimenti sportivi oħra kienet ikkanċellata minħabba l-pandemija.
Fl-edizzjoni ta’ din is-sena, li se tkun it-23 waħda applikaw ftit iżjed minn 800 atleta biex jieħdu sehem, 300 minnhom għan-nofs maratona bil-kumplament se jkunu qed jikkompetu fit-tellieqa 10km.
In-nofs maratona tibda fis-7am, u l-10K tibda’ fis-7:30am u din is-sena se tkun organiżżata wkoll tiġrija ta’ 1.5k għat-tfal li tibda’ fid-9:30am. Il-bidu u t-tmiem tat-tliet tiiġrijiet se jkunu kollha fi Triq Pietru Pawl Saydon, 50m ‘l isfel mill-uffiċju tal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq.
//= $special ?>