Arsenal temmew fl-ewwel post ta’ Grupp A wara li għelbu lil FC Zurich bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl li aċċerta minn rebħa għal Arsenal wasal f’nofs l-ewwel taqsima permezz ta’ Kieran Tierney.
Roma kwalifikaw għall-fażi li jmiss wara li għelbu lil Ludogorets 3-1. Ludogorets fil-vantaġġ wara 42 minuta permezz ta’ Rick. Lorenzo Pellegrini ġab l-iskor indaqs permezz ta’ penalty. L-istess Pellegrini għamilhom 2-1 fil-65 minuta permezz ta’ penalty ieħor. Lejn it-tmiem kien Nicolo Zanioli li għamel l-iskor 3-1.
Fi Grupp E, Manchester United għelbu lil Real Sociedad 1-0 liema riżultat ma kienx biżejjed biex Manchester United itemmu l-ewwel fil-grupp. Il-gowl li ddeċieda dan il-konfront wasal kmieni fil-partita wara 17-il minuta permezz ta’ Alejandro Garnacho.
Lazio sfaw eliminati mill-UEFA Europa League meta f’dak li kien l-aktar grupp bilanċjat kienu Feyenoord u Midtjylland li kwalifikaw minkejja li t-timijiet kollha spiċċaw bi tmien punti. Il-gowl deċiżiv fil-partita bejn Lazio u Feyenoord wasal fl-64 minuta permezz ta’ Santiago Gimenez.
Mill-UEFA Conference League, Fiorentina avvanzaw għall-fażi li jmiss wara li għelbu lil RFS 3-0. Gowls ta’ Antonin Barak, Arthur Cabral u Riccardo Saponara fl-ewwel taqsima aċċertaw minn rebħa għall-Viola.
F’partita oħra West Ham ukoll kisbu rebħa komda ta’ 3-0 fuq FCSB. Għal West Ham skurjaw dopjetta Pablo Fornali u awto-gowl ta’ Dawa Tchakonte.
//= $special ?>