Il-kowċ ta’ Real Madrid Carlo Ancelotti qabeż lil Alex Ferguson bħala l-aktar kowċ li rebaħ partiti fil-UEFA Champions League meta nhar l-Erbgħa Real Madrid għelbu lil Celtic bl-iskor ta’ 5-1. Ir-rekord ta’ rebħ kien f’idejn l-eks coach ta’ Manchester United fejn rebaħ 102 partiti f’26 sena li mexxa lill-klabb ta’ Manchester b’Ancelotti jirbaħ 103.
Alex Ferguson rebaħ darbtejn il-UEFA Champions League fl-1999 u fl-2008. Minn naħa l-oħra Ancelotti rebaħ l-unur darbtejn bħala plejer ma’ AC Milan u erba’ darbiet bħala kowċ. Fl-2003 u fl-2007 rebaħha ma’ AC Milan filwaqt li fl-2014 u fl-2022 rebaħ dan l-unur bħala kowċ ta’ Real Madrid. L-istess Ancelotti hu l-aktar kowċ li rebaħ dan l-unur bħala kowċ, segwit minn Bob Paisley rebbieħ ta’ tlett unuri ma’ Liverpool 1977,1978 u 1981 u Zinedine Zidane li mexxa lil Real Madrid għal tliet snin konsekuttivi bejn l-2016 u l-2018.
//= $special ?>