Internazzjonali

Florida: Iż-żagħżugħ li qatel 17-il persuna jeħel għomru l-ħabs

Iż-żagħżugħ Nikolas Cruz li fl-14 ta’ Frar 2018 kien qatel 17-il student u ħaddiem fi skola fi Florida weħel għomru l-ħabs mingħajr iċ-ċans li jappella għad-deċiżjoni tal-qorti.

Il-ġurija kienet ivvotat 9-3 biex Cruz jingħata s-sentenza tal-mewt. Madanakollu, il-liġi fi Florida tgħid li biex din tkun aċċettata, kull membru tal-ġurija jrid jaqbel ma’ din id-deċiżjoni, inkella ma tistax tiġi aċċettata.

Kien fid-dawl ta’ dan li l-Imħallef Elizabeth Scherer għażlet li tagħtih 17-il termini ta’ ħajja l-ħabs għal dawk il-persuni li qatel u 17 oħra għal dawk li pprova joqtol.