Il-kumpanija Mars Wrigley ħadet id-deċiżjoni li tipprova xi ħaġa ġdida – dik li tneħħi ċ-ċikkulata bil-ġewża tal-Indi, Bounty minn numru ta’ kaxxex li jikkonsistu minn varjetà ta’ ċikkulata.
Din id-deċiżjoni ttieħdet wara stħarriġ li sar li juri li 39% tan-nies ma toġgħobhomx din iċ-ċikkulata u jiddejqu meta jsibuha fost iċ-ċikkulata l-oħra. Kien għalhekk li wieħed se jsib kaxxex li fuqhom se jkun hemm miktub li m’hemmx din iċ-ċikkulata nkluża kif konna nafu qabel.
Madanakollu, uħud mill-kaxxex se jibqa’ jkollhom din iċ-ċikkulata għar-raġuni li 18% qalu li toġgħobhom ħafna u b’hekk il-kumpanija ġiet f’dubju għandix tneħħiha kompletament jew iżżommha.
Fid-dawl ta’ dan, huma se jagħmlu perjodu ta’ prova tul il-perjodu tal-Milied biex jaraw liema jmorru l-aħjar.
//= $special ?>