Raġel ta’ 50 sena mill-Belt Valletta kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ fuq il-post tax-xogħol.
Il-każ seħħ fis-sagħtejn ta’ waranofsinhar fi Triq ix-Xatt Ta’ Xbiex, f’Ta’ Xbiex fejn mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li waqgħet struttura tal-ħadid fuq il-vittma waqt li kien għaddej bix-xogħol.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa gravi.
//= $special ?>