Lokali

Il-Gvern għandu jara li Ħondoq jibqa’ jitgawda mill-familji – PN

Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ l-aħbar li t-Tribunal tal-Ippjanar ċaħad l-appell biex isir żvilupp f’Ħondoq.

Fi stqarrija d-Deputati Alex Borg u Stanley Zammit saħqu li l-Partit Nazzjonalista ilu jisħaq is-snin li l-Gvern għandu jakkwista din l-art u jagħmilha park nazzjonali kif ħaqqhom il-familji Għawdxin biex igawdu s-sbuħija ta’ din il-gżira flok jagħmlu s-snin isofru aktar trab u konġestjoni tat-traffiku

Il-Partit Nazzjonalista jistieden lill-gvern, biex jekk verament huwa favur il-protezzjoni tal-ispazji miftuħa, jgħaddi mill-kliem għall-azzjoni.