Lokali Parlament

Il-gvern jixxaħħaħ f’mediċini għal dawk bi problemi ta’ saħħa mentali

Ian Vassallo Hagi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ian Vassallo Hagi qal fil-parlament li l-gvern qed jixxaħħaħ f’mediċini għal persuni li jbatu min-nuqqas ta’ saħħa mentali.

Id-deputat Nazzjonalista qal li preżentament qed jingħataw mediċini li huma antiki u ta’ kwalità inferjuri meta tqabbilhom ma’ dawk ġodda li ilhom jeżisti għal xhur u snin.

Hu sostna li dawn il-mediċini antiki għandhom ċans għola li ma jagħtux riżultatii mixtieqa u fihom aktar effetti. Ċertu każi saħansitra jingħataw dożi għola biex jagħmlu effett.

Ian Vassallo Hagi sostna li hemm bżonn jiddaħħlu l-mediċini ġodda li ilhom żmien twil jsemmu biex jiddaħħlu fil-formularju tal-POYS, anki assoċjazzjonijiet u professjonisti oħra qed jisħqu fuq dan.

Id-deputat Nazzjonalista qal li dawn il-mediċini ġodda huma iktar siguri u jagħmlu inqas effetti fuq il-pazjenti.

Hu sostna li l-PN jesiġi li l-Ministru ma jibqax ikaxkar saqajh u jwettaq minnufih din il-wegħda. Kull ġimgħa hi importanti għal dawn il-pazjenti. Mhux imbilli nitkellmu imma rridu verament ninvestu fis-saħħa mentali, sostna Ian Vassallo Hagi.