Internazzjonali

L-Iran: Jisparaw fuq il-folol waqt dimostrazzjoni ta’ luttu

Il-qawwiet tas-sigurtà fl-Iran fetħu n-nar fuq il-folol qrib Tehran waqt li n-nies kienu qed jimmarkaw l-40 jum ta’ luttu għal mara li nqatlet fis sparatura hi u tipprotesta kontra r-reġim Iżlamiku tal-Ayatollah Alli Khamenei.

L-awtoritajiet Iranjani, intant. għalqu ċimiterju u t-toroq fil-viċin biex in-nies ma jaslux sa ħdejn il-qabar ta’ Hadis Najafi, li saret simbolu traġiku tal-kaos u l-inkwiet li qed jifni lill-Iran bħalissa,…..Inkwiet li qed jitqies bħala l-akbar uġigħ ta’ ras għal snin għar-reġim ta’ Khamenei.

Intant, in-nies qed ikomplu jisfidaw lill-qawwiet tar-reġim, b’eluf jippruvaw jaslu saċ-ċimiterju f’Karaj akkost ta’ kollox — u fost għajjat ta’ slogans kontra Khamenei u l-Gvern. U proprju ftit tal-ħin ilu, il-qawwiet Iranjani deċidew li jisparaw diversi tiri lejn il-folla, bl-ammont tal-vittmi għadha mhix determinata.

Kien hemm ukoll rapporti li l-pulizija pajżana tar-reġim anki attakkaw lin-nies bil-machetes, bl-inkwiet għad irid jinġieb taħt kontroll.