Forsi mhux kulħadd kien jaf li fil-Premier League Ingliż teżisti eċċezzjoni fir-regoli tas-sostituzzjonijiet li tagħti permess lit-timijiet li jagħmlu sitt bidliet flok ħamsa f’kas li jkun hemm concussion.
Din ir-regola kienet użata għall-ewwel darba dan l-istaġun fil-logħba ta’ nhar is-Sibt bejn Newcastle u Aston Villa meta fid-19-il minuta l-goalkeeper ta’ Villa Emiliano Martinez ħabat ma’ sieħbu Tyrone Mings, u għalkemm għall-ewwel deher li Martinez seta’ jkompli, kwarta wara l-goalkeeper Arġentin waqa’ mal-art konsegwenza ta’ concussion. Huwa kien mibdul ma’ Robin Olsen u b’hekk awtomatikament iż-żewġ timijiet żdieditilhom bidla kull wieħed.
Aston Villa m’użawx is-sitt sostituzzjoni iżda Newcastle għażlu li japprofittaw minn din is-sitwazzjoni u biddlu sitt darbiet f’rebħa ta’ 4-0 f’St. James’ Park.
//= $special ?>