Lokali

Tintemm is-saga ta’ Ħondoq wara deċiżjoni kontra l-proġett

It-Tribunal ta’ Reviżjoni għall-Ambjent u l-Ippjanar tal-Awtorità tal-Ippjanar iddeċieda kontra l-proġett tal-iżviluppaturi rigward l-iżvilupp kontroversjali fil-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien fil-Qala, Għawdex.

Dan qed jitqies bħala kapitlu magħluq wara 20 sena sħaħ hekk kif is-sidien tal-art ta’ Gozo Prestige Hotels, riedu jiżviluppaw art enormi li kienet tinkludi 25 villa, 60 appartament, parkeġġi u lukanda.

Id-deċiżjoni nqrat il-Ħamis waranofsinhar fejn intqal li l-istess tribunal kien qed jiċħad l-appell li sar lura fl-2016 u kkonferma d-deċiżjoni inizjali tal-Awtorità tal-Ippjanar…jiġifieri li tiġi miċħuda l-applikazzjoni.