Clyde Mallia ta’ 22 sena minn Ħal Ghaxaq u Massimo Fasanelli ta’ 23 sena minn Marsaskala u li t-tnejn ma jaħdmux tressqu l-Qorti u lanqas biss saret talba mill-avukati tagħhom għall-pleġġ fejn tressqu l-Qorti akkużati b’serq minn magni ta’ sigaretti madwar Malta u li huma reċedivi. Allegatament iż-żewġ żgħażagħ ilhom iwettqu diversi serqiet sa mil-Lulju li għadda. Bejniethom qed jiffaċċaw 31 akkuża.
Huma wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom u reġgħu spiċċaw il-ħabs bil-prosekuzzjoni tgħid li huma kienu jwettqu s-serq matul il-lejl meta suppost kienu jkunu miġbura fi djarhom fuq ordni tal-Qorti. Quddiem il-Maġistrat Lara Lanfranco ġew mixlija li fl-aħħar xhur allegatament, iż-żewġ żgħażagħ serqu bosta magni tas-sigaretti minn għadd ta’ ħwienet madwar Malta.
Huma ġew mixlija wkoll li saru reċedivi u li kisru diversi kundizzjonijiet tal-Qorti. Huma kienu jużaw ukoll vann misruq u kienu jibdlu l-pjanċi tar-reġistrazzjoni regolarment. Minbarra s-serq ta’ dan il-vann huma kienu mixlija wkoll li serqu Nissan QASHQAI u abbandunaw tas-Sliema wara li raw il-Pulizija jersqu fil-viċinanzi tagħhom waqt li kienun qed jippjanaw li jwettqu serqa.
Fil-qorti ħareġ li Mallia u Fasanelli nqabdu fil-jiem li għaddew wara serqa li għamlu fl-Imsida. Il-Pulizija nnutaw il-vettura nieżla lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta u ftit tal-ħin wara inqabdu u ġew arrestati. Meta l-Pulizija ċċirkondawhom matul il-lejl, Fasanelli rnexxielu jaħrab minn għalaq, iżda ġie arrestat l-għada.
L-Ispettur Cristina Delia, li flimkien mal-Ispettur Roderick Agius mexxew il-prosekuzzjoni qalet li s-serqiet saru meta huma kienu qed jużaw karozza Toyoya Vitz, kienet misruqa. Il-Pulizija ilha tinvestiga l-każ’ u mill-filmati tas-CCTV’s il-karozza dejjem kienet tinstaq lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta.
Bejn l-1 u 2 Novembru li għadda waqt ronda tal-Pulizija, fi Triq il-Wied l-Imsida, nstema’ ħġieġ jinkiser. Kif il-Pulizija kienu resqin viċin l-istabbiliment Charles Grech, intlemħet karozza Toyota għaddejja bi speed eċċesssiv. Il-Pulizija innotat li l-bieb tal-istess stabbiliment kien imkisser u indunaw li minn hemm kienet seħħet serqa.
Ftit tral-jiem wara f’Marsaskala kienet innutata il-Vitz inkwistjoni. Il-Pulizija kienet ukoll skopriet li l-pjanċi tagħha huma ta’ karozza Honda Fit. Il-prosekuzzjoni qalet li fir-rsidenza tal-akkużati instabu diversi oġġetti relatati mas-serq inkwistjoni u anke fil-Vitz instabu xi oġġetti misruqa.
Fi tfittxija li saret fir-residenza tagħhom, il-Pulizija sabulhom 1,700 pakkett sigaretti misruq u anke xi flus kontanti. Fil-karozza. Serq ieħor jew attentat ta’ serq seħħ minn bosta lokalijiet oħra fostjom f’San Ġwann, Ħaż-Żebbuġ. Żejtun, Żurrieq, Gudja, San Ġiljan u Fgura. Għall-akkużati deheru l-Avukati Franco Debono u Herman Mula, li m’għamlu l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.
//= $special ?>