Nhar is-Sibt 4 ta’ Novembru 1922 fit-15:00 kien inawgurat uffiċjalment l-Istadium Empire Sports Ground tal-Gżira mill-Gvernatur Lord Plumer u l-Prim Ministru Joseph Howard. L-ewwel logħba li ntlagħbet kienet dik bejn MFA XI u HMS Ajax li r-riżultat finali kien ta’ 2-2. Għal din l-okkażjoni ħadet sehem il-banda tal-pulizija li għamlet programm mużikali dakinhar wara nofsinhar. L-Empire Sports Ground twaqqa is-sajf tan-1933 biex minflok inbena l-Empire Stadium li żżanżan b’partita bejn Malta u Victoria Plzen.
Fl-istadium tal-Gżira għal kważi sittin sena, intlagħbu l-logħob mill-kampjonat Malti kif ukoll dawk internazzjonali. Fl-24 ta’ Frar 1957 it-tim nazzjonali Malti lagħab l-ewwel logħba tiegħu internazzjonali meta kien megħlub mill-Awstrija 2-3. Fil-bidu tas-snin sittin it-timijiet Maltin bdew jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet ewropej. Fost it-timijiet ta’ isem li lagħbu f’dan l-istadium insibu lil Juventus, Inter, Manchester United u Leeds fost l-oħrajn.
Il-Ground kellu attentenza ta’ 30 elf spettatur u għal diversi snin il-ground kien ikun mimli bin-nies isegwu l-partiti tal-kampjonat Malti. L-aħħar partita li saret f’dan l-istadium kienet fid-29 ta’ Novembru 1981.
Dehra tal-istat preżenti ta’ dak li kien l-Empire Sports Ground