Coronavirus Lokali Saħħa

22 każ ġdid ta’ Covid-19 f’pajjiżna

Fl-aħħar 24 siegħa f’pajjiżna ġew irreġistrati 22 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li fiequ 26 persuna oħra.

Fortunatament, l-ebda persuna ma tilfet ħajjitha kaġun ta’ dan il-virus biex b’hekk il-fatalitajiet mill-bidu tal-pandemija s’issa jammontaw għal 808.

It-total ta’ każi attivi naqsu bi ftit, biex b’hekk bħalissa f’pajjiżna għandna 316 każ ta’ Covid.

Bħalissa wkoll, għadu qed jingħata t-tilqim għal kontra l-Coronavirus u kontra l-influwenza staġjonali.