Raġel qed jinżamm arrestat wara li allegatament aggredixxa żewġ Uffiċjali tat-Transport Malta u wara pprova jagħti n-nar lill-vettura tagħhom. In-nar intefa b’mod immedjat.
Dan l-argument seħħ il-Ġimgħa filgħodu għall-ħabta tad-9:00am fi Triq it-Tiġrija n-Nadur Għawdex. Iż-żewġ Uffiċjali ġarrbu ġrieħi ħfief.
Il-Pulizija marret fuq il-post u arrestat lir-raġel filwaqt li għaddejja investigazzjoni.
Aktar tard ir-raġel Ingliż ta’ 59 sena residenti n-Nadur Għawdex tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Brigette Sultana.
Hu ġie akkużat li l-Ġimgħa filgħodu fi Triq it-Tiġrija, in-Nadur, ħebb, hedded u kkaġuna feriti ħfief lil żewġ Uffiċjali ta’ Transport Malta, kif ukoll li kiser il-bon ordni.
Ir-raġel wieġeb li mhux ħati għal dawn l-akkużi iżda wieġeb li huwa ħati li għamel ħsara fuq vettura tal-istess żewġ Uffiċjali.
Huwa ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest u nżamm arrestat. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.
//= $special ?>