Il-Ħamis filgħaxija, il-Kap tal-Partit Nazzjonalsita Bernard Grech iltaqà ma’ Adrian Casha, wieħed mill-pleyers ta’ Team Malta li rebaħ midalja tad-deheb fil-Kampjonat Internazzjonali tat-Table Tennis li sar fil-Kroazja ghall-persuni bil-Parkinson’s – kampjonat li kien mifrux fuq ħamest ijiem.
F’din il-laqgħa, Adrian Casha – l-ewwel Malti li pparteċipa f’dan il-kampjonat, tkellem dwar il-kundizzjoni tal-Parkinson li taffettwa s-sistema tan-nervituri fil-ġisem tal-bniedem u kif it-table tennis huwa dixxiplina sportiva li tistimola l-avvanz fis-saħħa ta’ persuni li jgħixu bil-kundizzjoni tal-Parkinson’s.
Minn naħa tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, li kien akkumpanjat mill-Kelliema tal-Oppozizzjoni ghall-Inklużjoni Graziella Galea, faħħar id-determinazzjoni ta’ Adrian Casha u tat-team kollu Malti li irnexxilhom mhux biss jieħdu sehem f’dan il-kampjonat mondjali, iżda wkoll iġibu unur għal pajjiżna.
Adrian Casha tkellem ukoll dwar l-NGO Step Up for Parkinson, u kif din l-għaqda qed taħdem qattigħ sabiex titqajjem aktar kuxjenża dwar din il-kundizzjoni.
Fl-2018, Adrian Casha .. eks referee tal-FIFA u delegat tal-logħbiet tal-UEFA kif ukoll Viċi President tal-MFA, kienu qalulu li kellu l-kundizzjoni tal-Parkinson.
Dak iż-żmien hu kellu 50 sena, iżda bl-appoġġ li sab minn nies ta’ madwaru, kif ukoll bid-determinazzjoni kbira tiegħu li jkompli jmexxi stil ta’ ħajja attiv, irnexxielu jibqa’ jgħix ħajja normali.
//= $special ?>